Posts

Showing posts from August, 2025

It-Tielet Jum

 IT-TIELET JUM 0. DAĦLA Fit-tieni jum rajna kif San Ġorġ jistedinna nagħmlu għażla ndirizzata mill-imħabba biex inkunu xhieda billi ngħixu t-tlett kelmiet bħala esperjenza fundamentali biex nifhmu l-ispiritwalità  mibnija fuq il-formazzjoni tal-kuxjenza.  Illum se nsaħħu il-mixja tagħna billi ngħarblu kif it-tifsira tal-imħabba timbena fuq it-tifsira tas-salib biex nifhmu lil San Ġorġ. Bhekk jiġu fi tmiem dawn il-jiem ta’ tħejjija biex infakkru lil Patrun tagħna. I. AGAPE Sant’Injazju ta’ Antjokja jgħidilna, t-twemmien huwa l-bidu u l-imħabba t-tmiem tal-ħajja nisranija l-għaliex hekk huma magħqudin flimkien li huma jsiru ħaġa waħda. Fl-istess waqt, San Tumas D’Aquino jwissina, l-affarijiet maħbuba juruna min aħna. Dan ifakkarna f’dak li jgħidilna Ġesù: “Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek” (Mt.6,21). Tajjeb li nistaqsu lilna nfussna fejn hu t-teżor tiegħi: kemm it-teżor tiegħi jirrifletti mħabbti għal Ġesù u l-proxmu.  Din hija twissija għal min ...

It-Tieni Jum

 DAĦLA GĦAT-TIENI JUM Fl-ewwel jum ħloqna qafas biex nifhmu kif San Ġorġ huwa xempju ta’ spiritwalità. Illum nezaminaw mill-qrib it-tifsira ta’ din l-istqarrija biex nifhmu aħjar lil dan il-qaddis maħbub tagħna.    XV.   GĦAŻLA Ix-xhieda ta’ San Ġorġ tikkonsisti f’għażla għal Kristu li tindirizza l-għażliet ta’ ħajjtu.  Din hija l-istedina ta’ San Ġorġ u d-devozzjoni maħduma matul iż-żminijiet li ffurmat l-identità ta’ din il-komunità: jiġifieri, li nimxu wara Ġesù fil-ħajja tagħna fis-skiet u l-ġabra minkejja d-dlamijiet li niltaqgħu magħhom l-għaliex din hija t-tweġiba ta’ min jidentifika ma’ San Ġorġ.  Fl-għażliet tagħna nagħmlu l-qalb għaliex il-Mulej hu qrib ta’ dawk b’qalb maqsuma u ta’ dawk mifxula fl-ispirtu (Sal 34,18).  Għalhekk l-istedina,"Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom...

Tridu: L--Ewwel Jum

 San Ġorġ Xempju Ta’ Spiritwalità: il-mixja tagħna wara Ġesù Tridu – Ħal Qormi 2025                                           L-EWWEL JUM 0. L-GĦAN  L-għan ta’ dawn it-tlett ijiem huwa li ngħarblu kif San Ġorġ huwa xempju ta’ spiritwalità għalina biex jgħinna nifhmu aħjar il-Patrun tagħna u biex nikbru u nsaħħu l-mixja tagħna wara Ġesù. 1. KELMTEJN TA’ QABEL Il-Papa Galatius I fis-snin 490s AD, b’referenza għal ġrajjet il-martirju ta’ San Ġorġ jgħidilna, it-tbatijiet ta’ San Ġorġ huma magħrufa aktar minn Alla milli mill-bnedmin.  Din it-twissija tfakkarna li aktar mill-ġrajja u t-tradizzjonijiet marbuta magħha, is-sinifikat ta’ dan il-qaddis jintrabat mal-mixja tiegħu wara Ġesù, l-għaliex kif għidilna l-poeta nazzjonali – Dun Karm Psaila – it-tifkira ta’ Ġorġi hija marbuta ma’ “Fidi sħiħa. Imħabba kbira, it-teżor li bih tbennejt.“  Dan il-ħsieb għandu jindirizzana...